Għaqda Armar  San sebastjan  (312 views)

 

What is Għaqda Armar doing now?

L-akbar festa kulturali f'Hal Qormi Lejl f'Casal Fornaro is-sibt 17 ta' Ottubru 2009. Kun parti mil-kultura Qormija. Narawkom hemm.
More than 1 month ago  ·  Comment »

Age

25

Location

Qormi, Malta

Birthday

March 4
 
Advertisement

Info

http://Ghaqdaarmarsansebastjan.hi5.com - Send it to your friends

Age

25

Birthday

March 4

Location

Qormi, Malta

 

About Me

Meta wiehed iqabbel l-armar li kien jintrama qabel l-1984 ma' dak li jintrama llum il-gurnata ma jistax jichad li t-twaqqif ta' din l-Ghaqda kien success totali. Din l-Ghaqda kif se naraw iktar 'il quddiem twaqqfet fis-sena 1984 u minn dak iz-zmien sal-prezent, l-Ghaqda tal-Armar baqghet tahdem bla waqfien biex izzejjen it-toroq tal-parrocca Bastjaniza b'mod specjali matul il-festa. Madankollu, illum il-gurnata l-membri tal-Ghaqda huma mpenjati f'hafna festi li jigu ccelebrati mill-knisja fil-parrocca ta' San Bastjan. Wiehed jista' jsemmi l-armar tat-toroq fil-Milied, fi zmien il-Gimgha Mqaddsa u l-Ghid il-Kbir, kif ukoll ic-cenaklu li jsir mill-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi.

L-Ghaqda tal-Armar fil-prezent ghandha zewg imhazen kbar fejn fihom jintrefa' l-armar; wiehed go Triq Spiteri Fremond li nfetah fis-sena 1986, u l-iehor fi Triq il-Kbira li nfetah fl-10 ta' Lulju tas-sena 1998 - is-sena li waslu l-qniepen gewwa l-parrocca ta' San Sebastjan.

Jekk wiehed ihares ftit lejn l-istorja tal-armar fil-parrocca ta' San Bastjan isib zvilupp kbir mal-medda taz-zmien. Meta l-parrocca kienet ghadha kemm giet imwaqqfa, armar tista' tghid ma kien hawn xejn L-armar li kien jintrama fil-limiti taghha ghall-festa ta' San Gorg meta Hal Qormi kien ghadu b’parrocca wahda, ittiehed kollu mill-parrocca matrici. Madankollu xorta kien hemm xi individwi li hadu hsieb isebbhu u jzejnu l-parrocca kif setghu. Dawn kienu Salvu l-Brun, Peppi u huh Gamri tal-Mosti flimkien ma' missierhom, l-ahwa Kons u Karmenu Baldacchino, Pawlu tal-Kalkara, Karmnu Lawris, tal-Bully ta' hdejn San Pawl, ta' Tentiela, tal-Majjistra, Leli tal-Hut, Lola tat-Tari, George Chircop, it-tfal ta' Konsu Baldacchino, hut Gino Mangion u ohrajn. Mhux ta' min ihalli barra lil Montesin li kien bniedem ta' sengha kbira u li hadem xi armar fir-rahal taghna. Bicca xoghol minn tieghu li baqghet fil-parrocca ta’ San Sebastjan huwa s-salib tal-Madonna tad-Duluri. Sakemm dam haj, il-mibki Dun Gino Mangion prova johloq kumitat tal-festa u f'dak li ghandu x'jaqsam mal-armar kien beda jsir l-gbir biex isiru l-pavaljuni ta' Triq San Sebastjan. Il-gbir kien isir minn Wenzu l-hajjat, George Debono (ex-surmast tal-banda) u individwu iehor. Wara l-mewt hesrem ta' Dun Gino, kompla Dun Joe Borg u l-pavaljuni tlestew. Ftit wara dawn il-pavaljuni gew sostitwiti minn pavaljuni ohra.

Kien f’dan iz-zmien li nhasset il-htiega li jkun hawn xi organizzazzjoni li tiehu hsieb specifikament l-armar tal-parrocca. Fl-4 ta' Marzu 1984 iltaqghu fil-kripta numru ta’ dilettanti u fil-presenza ta' Dun Vincenz Borg li kien jirraprezenta l-Knisja gie iffurmat l-ewwel kumitat. Dan kien it-twelid tal-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan.

Bla dubju ta’ xejn, din l-Ghaqda tal-Armar kellha tibda mill-qiegh u hadmet biex tista' tghid l-ftit armar li kien hemm inbidel ghal dak li nafuh illum. Kull sena bdew jizzanznu opri godda b’mod partikolari fir-rotta minn fejn tghaddi l-purcissjoni bl-istatwa titulari ta' San Sebastjan. F’dawn it-toroq nsibu numru kbir ta' pavaljuni, bandalori, statwi,. Ma jonqosx li t-triq li hi msemmija ghall-patrun tal-parocca, jigifieri Triq San Bastjan, tkun mimlija bl-armar bhal pavaljuni, angli bil-brazzi, kif ukoll trofej sbieh flimkien ma' bandalori b’hajjet il-patrun u protettur tal-belt Pinto. Din it-triq twassalna sa quddiem il-knisja parrokkjali fejn insibu zewg martirji, kif ukoll sett iehor ta' trofej u bandalori b’qaddisin Rumani. Maz-zmien kompla jizdied armar varju b’mod partikolari bandalori b’temi/personaggi marbutin ma’ hajjet il-qaddis kif ukoll pavaljuni godda li hadu post dawk li htiegilhom jinbidlu. Sar restawr fuq ghadd ta’ statwi. Kienu diversi dawk l-artisti maghrufa li gew ikkummissjonati xi xoghol artistiku li fil-jiem tal-festi ikun qieghed isebbah il-parrocca. L-Ghaqda tal-Armar tinsab ghaddejja fuq progetti ohra biex il-parrocca tkompli tizzejjen. Imma l-armar ma nsibuhx biss fit-toroq tal-purcissjoni, izda f'partijiet differenti tal-parrocca fejn bil-motivazzjoni u l-ghajnuna tal-Ghaqda tal-Armar numru ta’ parruccani komplew joholqu dik l-atmosfera tant sabiha fil-festa ta' San Sebastjan b’diversi pavaljuni kif ukoll statwi.

Fi hdan din l-Ghaqda insibu wkoll il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi li kienet twaqqfet minn membri zghazagh fil-kumitat centrali u ohrajn li kellhom hegga kbira li din il-Kummissjoni titwieled kif fil-fatt gara nhar it-22 t’April 1991. Fl-2005 l-Ghaqda flimkien mal-KZB faslet il-website www.armarsansebastjan.org biex dawk kollha dilettanti b'mod specjali l-emigranti, ikunu aggornati dwar l-Ghaqda tal-Armar/Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi u dak kollu li jkun qieghed isehh fil-parrocca.
Is-sena 2009 se tkun qed timmarka l-25 anniversarju mit-twaqqif ta’ din l-Ghaqda tant ghal qalb il-parruccani. L-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan se tkompli ghaddejja bl-impenn kulturali taghha. Ghaldaqstant tilqa’ bil-ferh persuni godda li jixtiequ joffru l-kontribut taghhom fi hdanha u huma mhegga li jkellmu membri tal-kumitat fl-imhazen tal-Ghaqda jew billi jaghmlu kuntatt minn fuq www.armarsansebastjan.org.

Interests

Festa lil patrun tal-qriema san sebastjan martri

Favorite Music

Innu popolari lil San Sebastjan
 

Favorite Movies

DVD tal-festa 2008
 

Favorite Quote

VIVA SAN BASTJAN MARTRI V.S.B.M
 

hi5 Games

Play hi5 Games

Għaqda Armar hasn't played any games recently.

 

Applications

Browse Applications

Music iLike
Add music and videos to your profile, list your favorite artists, and test your skill in the Music...

Top Friends
Who are your Top Friends? Keep track of your best friends right on your profile with Top Friends!

 

Widgets

 

 

hi5 Gifts

Give a Gift    Get hi5 Coins

Għaqda Armar has no unwrapped gifts.
 

Comments | View All Entries

Leave a comment for Għaqda Armar

 
 
 
Jul 13 10:18 PM
 
Il-Festa it-tajba lil Qriema Bastjanizi
 
May 18 4:33 AM
 
Prosit ta sew tal webside u viva San Bastjan.
 
 
 
 
Mar 28 11:08 AM
 
Wirja tal-Gimgha Imqaddsa imtella mill-Ghaqda Muzikali Sant' Elena marufa bhala tal-Bagri fil-Kazin taghna. Mill-Hamis 2 t' April sas-Sibt 11 t' April. Fiha ha jkun hemm l-akbar inkwatru mahdum bl-ismid li hawn f'Malta 16 il-Pied x 24 Pied, fost hafna affarijiet ohra. Kulhadd Mistieden.
 
Jan 11 3:42 AM
Alan says:
 
Guvni jew tfajla li thobb iz-zfin jew il-karnival?!?


Cempel issa fuq jew ikkuntatjana fuq 99233258 acam035@hotmail.com biex tizfen fil-karnival 2009.

Rehearsels go sala f' Hal Qormi

Karru b'Kumpani.ja Sezzjoni A bi prezz tal-kostum mill-irhas.

Karru u kostumi mill-isbah.

Zefiena minn postijiet varji. Mela x'int tistenna ikkuntatjani malajr kemm jista jkun u izfen maghna il-belt Valletta dan il-karnival.
 
 
 
Nov 20, 2008 7:42 AM
 
Is-Sezzjoni Zghazagh Duttrinisti tistedinkom ghall :

Bazaar ta' Ponzietti u pjanti relatati mal-Milied, Mis-6 sat-8 ta' Dicembru. Fil-Pjazza, quddiem il-kazin.

Ftuh tal-Presepju Fis-sala tal-kazin, Fit-13 ta' Dicembru fis-6pm Il-Presepju jkun ghall-wiri sa 6 ta' Jannar kuljum: mill-5pm-10pm Hdud u festi: mid-9am sa 12pm u mill-5pm sa 10 pm.

Ikla tal-Milied Bil-kant u Zfin, fis-Sala ta' Dar Nazaret.
Fl-20 ta' Dicembru, Mit-8pm 'il quddiem
Il-biljetti jistghu jinkisbu mill-bar tal-kazin.


Programm Muzikali ta' Ghanjiet tal-Milied fl-24 ta' Dicembru mit-8.30pm sa l-10pm fil-pjazza, quddiem il-Kazin tas-Socjeta'

Kulhadd mistieden..

Il-milied it-tajjeb u s-Sena mimlija Risq!!!!

Title
body